Il-Kummissjoni Elettorali fakkret lill-pubbliku li l-ħinijiet tal-votazzjoni nhar is-Sibt 3 ta’ Ġunju 2017, se jkunu bejn is-7.00am u l-10.00pm bla waqfien. Kulħadd għandu jara li jmur fl-indirizz tal-post tal-votazzjoni li hemm miktub fuq id-dokument tal-vot tiegħu.
Fil-kamra tal-votazzjoni jiddaħħlu għaxar votanti li m’għandhomx bzonn għajnuna għal kull votant li jkollu bżonn l-għajnuna tal-assistenti kummissjonarji elettorali biex jivvota.
Il-Kummissjoni Elettorali tgħarraf ukoll li kull persuna li tostakola jew iżżomm l-aċċess ħieles ta’ votant milli jivvota tkun ħati ta’ reat skont il-liġi.