Blu, vjola u aħdar iddominaw il-faċċati ta’ binjiet f’Malta u Għawdex. Kuluri li jirrappreżentaw mard rari u li permezz tagħhom intweriet solidarjetà.
F’Malta nxtegħlu l-binja li tospita s-Segretarjat Parlamentari reaponsabbli mill-Kunsilli Lokali, il-Palazz tal-President u tal-Kunsill Lokali tal-Imsida. F’Għawdex kuluri vivaċi għattew il-Ministeru għal Għawdex, il-Banca Giuratale u l-funtana ta’ tliet għoljiet.
Il-blu jissimbolizza l-Myalgic Encephalomyelitis (ME) u il-Chronic Fatigue Syndrome. Il-vjola jfakkar fil-Fibromyalgia u l-aħdar fil-Multiple Chemical Sensitivity.
Ritratti: Gabriel Cassar u l-Ministeru għal Għawdex