Ma teżisti ebda mediċina out of stock fis-sistema tas-saħħa pubblika. Iddikjara dan Karl Farrugia, Kap Eżekuttiv tas-CPSU minn fejn jinxtraw u jinħażnu l-mediċini. B’hekk Farrugia ġab ukoll fix-xejn dikjarazzjonijiet li saru fl-aħħar sigħat mill-midja tal-Partit Nazzjonalista li reġgħu vvintaw stejjer dwar mediċini li skont huma suppost qegħdin out of stock.
Karl Farrugia spjegalna kif iż-żewg mediċini li ssemmew fin-Nazzjon, Atenolol għall-pressjoni u Atrovastatin tal-kolesterol qatt ma kienu out of stock u baqgħu jingħataw mill-Ispiżjar tal-Għażla Tiegħek.
https://youtu.be/AgWXk0ueytU