F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministri Chris Cardona u Helena Dalli ħabbru regoli vantaġġjużi biex in-negozji jkunu jistgħu jikkompetu b’mod aktar ġust.
Filfatt issa, ħwienet li mhux permessi jiftħu l-Ħadd, f’kull lokalità jistgħu jiftħu l-istess bħal ħwienet oħra bejn l-erbgħa ta’ filgħodu u s-sebgħa ta’ filgħaxija.
Dan mingħajr il-bżonn li jgħalqu f’jum ieħor; u mingħajr ma jiġi kkomunikat lid-Dipartiment tal-Kummerċ u mingħajr ħlas addizjonali.
Fejn jidħol ħlas ta’ liċenzji, tneħħa l-bżonn ta’ liċenzji kummerċjali, u magħhom l-ħlas obbligatorju biex dawn jiġġeddu. Din il-miżura ffrankat lill-15,000 negozju, mal-€1.4 miljun fis-sena globalment.
Iżda liċenzji għal street hawkers, u tal-monti f’dan l-istadju ngħarfu li huma ta’ neċċesita. Hemm ftit iktar minn 2,000 individwu li ghandu din it-tip ta’ liċenzja, u dawn jħalsu bejn €23 u €116 fis-sena.
Fir-riforma mħabbra llum, traħħas il-ħlas fuq dawn il-liċenzji, għal 40 ewro għall-istreet hawkers u 60 ewro għall-market hawkers, minbarra dawk li diġà jħallsu inqas.
Dawn il-liċenzji, jistgħu jiġu mħalsa kull tlett snin u mhux kull sena.