Il-gaġeġ kollha tat-tonn madwar Malta ġew rilokati mili ‘l barra mill-kosta, wara li fl-aħħar ġimgħat issuktat ħidma intensiva mill-operaturi biex iċaqalqu l-infrastruttura eżisteni.
Wegħda oħra imwettqa minn dan il-Gvern, li s-sajf li għadda ta l-kelma tiegħu li dawn il-gaġġeġ tat-tonn jinħarġu ħafna iktar il-barra biex ma jkunux t’inkonvinjent għall-għawwiema flwaqt li ma jniġġsux l-ambjent marittimu.
L-Awtorità tal-Ippjanar tinsab sodisfatta li l-operaturi kollha kkordinaw u rrilokaw dawn il-gaġeġ li sa ftit jiem oħra jintlew b’tunnellatti ta’ tonn li jkun inqabad fl-ibħra Mediterranji.
Fis-sajf li għadda l-Gvern, wara konsultazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar, kien ħarreġ il-pieni għal sitt operaturi tal-fish farms. Dan wara li minn investigazzjonijiet li saru nstab li dawn kellhom numru ta’ illegalitajiet.