Il-Partit Laburista se jgħalaq il-kampanja elettorali bil-kbir. F’Ħal Far, qabel id-diskors mistenni tal-Prim Ministru, se jieħdu sehem tliet artisti internazzjonali.
Amelia Lily il-kantanta popolari għall-kanzunetti ‘You Bring Me Joy u ’Shut up’, Damea il-kantanta tal-eks group FRAGMA magħrufa għas-suċċess kbir bil-kanzunetti ‘You Are Alive’, ‘Toca Miracle’ u ‘Every Time You Need Me’, kif ukoll id-DJ u kantant Harrison se jkunu fuq il-palk tal-mass meeting f’Ħal Far.
Dawn l-artisti internazzjonali se ikunu parti minn programm kbir ta’ divertiment li tħejja sabiex bejn is-7 ta’ filgħaxija u nofsillejl jagħtu spettaklu lil eluf ta’ Maltin u Għawdxin, fosthom ħafna żgħażagħ f’Ħal Far.