Malta rebħet l-ewwel midalja tad-deheb permezz tal-atleta Charlotte Wingfield ilbieraħ bil-lejl fl-ewwel jum ta’ kompetizzjoni fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li qed isiru f’San Marino.
Wingfield rebħet it-tiġrija tal-100 metru fi 11.62 sekondi biex kienet qed tirbaħ id-deheb f’din it-tiġrija għat-tieni edizzjoni konsekuttiva wara li kienet rebħet ukoll sentejn ilu fl-Islanda.
Malta b’kollox rebħet sitt midalji lbieraħ – 1 deheb, 3 fidda u 2 bronż. Il-midalji tal-fidda ntrebħu mit-tim tan-nisa taċ-ċikliżmu, it-tim tal-boċċi (raffa) u l-għawwiem Mikhail Umnov fil-200 metru butterfly, waqt li l-bronż intrebħu mit-tim tal-irġiel taċ-ċikliżmu u mill-għawwiem Andrew Chetcuti fil-100 metru freestyle.
Rapport: Mario Saliba minn San Marino