Ir-raded tal-karrettuni fi triq il-Mensija f’San Ġwann se jingħataw dehra ġdida b’tali mod li jistgħu jitgawdew aħjar mill-pubbliku.
Dan se jsir b’ħidma mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u l-Fondazzjoni għal-żoni turistiċi. B’investiment ta’ €70,000 f’żona li qajla tinduna li għandha valur storiku. Filfatt se tinbena pjattaforma biex dak li jkun qed jippassiġġa jista’ jara l-parti kollha ta’ fejn hemm ir-raded tal-karrettuni.
Hemm bosta teorija fosthom li kienu jintużaw bħala mezz ta’ trasport fi żmien il-bronż, li tħaffru kaġun ta’ użu estensiv ta’ karrettuni bil-possibilità li tħaffru għall-ġarr ta’ ħamrija u blokok tal-ġebel.
Il-Ministru għat-Turiżmu Edward Żammit Lewis stqarr li b’inizjattivi bħal dawn intejbu l-wirt kulturali u naturali ta’ pajiżna. Spjega kif inizjattiva bħal din tifforma parti mill-politika tal-Gvern li nippromwovu niċeċ turistiċi varji u din hi waħda minnhom li titfa’ dawl fuq żmien il-preistorja f’pajjiżna.