Malta Enterprise fetħet il-bibien għal startups u numru ta’ persuni influwenti mill-istartup community hawn Malta. Dawn ikunu negozji żgħar li għadhom jibdew, u li bl-għajnuna u inċentivi jistgħu jimmassimizzaw il-potenzjal tagħhom.
Id-diskussjoni ffokat fuq il-kisbiet tal-programm BSTART, immirat għal dawn l-istartups. Kienu diversi s-suġġetti diskussa – inkluż ir-rwol tar-regolaturi u punti legali.
Il-Partit Laburista dedikat li jgħin dawn l-istart ups. Fil-manifest elettorali, il-Partit Laburista qed iwiegħed li jtejjeb l-istartup tax credit għal negozji ġodda għal €70,000, jew 30% tal-ammont tal-investiment u l-pagi tal-ħaddiema fl-ewwel sentejn ta’ negozju ġdid miftuħ f’Għawdex.
Biex tara l-proposti tal-Partit Laburista fejn jidħlu negozji, żur din il-paġna.