Il-Kummissjoni Elettorali tavża illi wara li għalaq il-perjodu tat-tqassim tad-dokumenti tal-vot fid-djar u mill-Għases tal-Pulizija, għad baqgħalha 12,339 dokument tal-vot.
10,386 huma ta’ votanti rreġistrati fuq Malta u 1,953 huma ta’ votanti rreġistrati fuq Għawdex.
Dawn id-dokumenti jistgħu jinġabru personalment mill-votant billi juri l-karta tal-identità tiegħu rispettivament fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali fin-Naxxar (ex-Trade Fair Grounds) u fir-Rabat, Għawdex (Pjazza San Franġisk).