Grupp Russu jista’ jkun il-moħħ wara attentati ta’ hacking fuq is-sistema tal-kompjuters tal-Gvern. Dawn l-attentati ma rnexxewx u seħħew meta Malta ħadet f’idha l-Presidenza tal-Kunsill Ewropew. Rapport fuq ‘threat intelligence’ kkummissjonat mill-MITA jsemmi l-possibbiltà tal-involviment ta’ hackers Russi, magħrufa bħala “Fancy Bear”.
Tony Sultana, Chairman Eżekuttiv tal-MITA, kien kawt iżda kien ikkwotat jgħid li ebda sistema ta’ siti jew emails ma’ ġiet effetwata, iżda kien hemm żieda sostanzjali fl-ammont ta’ attentati ta’ hacking.