Fil-Mellieħa l-Kap tal-Oppożizzjoni ftit jiem qabel l-elezzjoni ma lissen ebda kelma dwar il-proposti elettorali.
Ibbaża d-diskors tiegħu fuq biżà u fuq l-allegazzjonijiet li qed jiġu ffabbrikati. Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li qabel id-diskorsi tiegħu mhux qed ikollu għalfejn jipprepara xejn għax jibbaża d-diskorsi tiegħu fuq dak li jintqal u jiġi allegat fil-gazzetti. Allegazzjonijiet li għalihom saru dikjarazzjonijiet ċari u ġew miċħuda.
Simon Busuttil reġà sostna li n-nies għandhom jibbażaw il-vot tagħhom fuq il-prinċipji biss.