Il-komunità ta’ Santa Margerita fil-Mosta qed topponi għall-proposta biex fi pjazza żgħira quddiem il-kappella ta’ Santa Margerita tinbena bija ta’ tliet sulari u nofs li qed tissejjaħ community centre.
Din hija t-tieni protesta li għamlu r-residenti li ma jridux din il-binja f’din il-pjazza. Preżenti mar-residenti kien hemm il-kandidati u kunsilliera ta’ Partit Laburista li qed jappoġġjaw lir-residenti fuq din il-kwistjoni.
Ir-residenti huma tal-fehma li jekk dan l-iżvilupp isir jista’ joħloq problemi tat-traffiku għaliex tfixkel il-vetturi u l-karozzi tal-linja, fost oħrajn.
Fl-2006, George Pullicino li kien il-Ministru responsabbli, ta l-art lura lis-sidien wara li Gvern Laburista kien ħa l-art hu għal proġett soċjali.