Il-Ministru Evarist Bartolo kiteb li kif mistenni, fl-aħħar jiem tal-kampanja elettorali, il-ġurnalist Ivan Camilleri ta’ The Times qed jerġa’ jipprova jħammġu billi jibni storja dwar xogħol li sar fuq il-bejt tal-maisonette tiegħu, erba’ snin ilu.
“Se nwiegbu b’mod pubbliku għax meta wegibt lilu, għawwiġli dak li għedt kif jaqbillu” qal il-Ministru. Spjega li l-fatti huma dawn:
1. Ix-xogħol kien jikkonsisti f’estensjoni zgħira mal-washroom li diġa’ kien hemm fuq il-bejt.
2. Fl-2012, xhur qabel sar Ministru, tkellem mal-Perit Sam Formosa biex japplika mal-MEPA għal dan ix-xogħol.
3. L-applikazzjoni ġiet preżentata minnu fl-10 ta’ Jannar 2013. Ix-xogħol kollu huwa kopert minn permess maħruġ mill-MEPA.
4. Ix-xogħol ta’ bini u finishing ġie jiswa €10,000 li tħallas b’ċekkijiet waqt ix-xogħol u wara. Il-kuntrattur Unique Decor ħareġ VAT receipt.
5. Inħadem ukoll taraġ tal-ħadid jiswa €2,000 u tħallas ukoll b’ċekk.
6. Fadal bilanċ ta’ ħlas li għadu qed isir għall-partijiet tax-xogħol u sar arranġament mal-kuntrattur biex jitħallas fuq medda ta’ żmien.
7. F’dan ix-xoghol kien qed għin ukoll habib pensjonant.
8. Edward Caruana ma kienx involut fix-xogħol.