Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil, kien iltaqa’ mal-aġent tal-BWSC Joe Mizzi. Dan skont email li żvelah il-kandidat tal-Partit Laburista Jeffrey Pullicino Orlando waqt laqgħa politika f’Għawdex.
Pullicino Orlando qal li dan l-email juri kif Simon Busuttil iltaqa’ mal-aġent ta’ din il-power station li biex inxtrat inbidlu r-regoli ambjentali kontra l-pariri tal-esperti tal-Enemalta.
Deċiżjoni li ttieħdet minn George Pullicino u li biha l-BWSC frankaw għoxrin miljun ewro u setgħu jgħamlu din il-power station taħdem biż-żejt.
Din l-email ħarġet l-għada li sar magħruf li Simon Busuttil gawda minn commission minn ħames miljun ewro li gawdew minnha l-kumpanija Shell. Kumpanija li tinnegozja ż-żejt.