Żewġ persuni se jkunu qed jitressqu l-Qorti aktar tard illum akkużati li kienu involuti, allegatament, f’33 serqa. Qed ikun allegat li 16-il serqa minnhom saru minn pompi tal-petrol fil-waqt li s-17 l-oħra huma serqiet b’mod in-ġenerali.
Huma se jkunu qed jitressqu mill-Ispetturi Roderick Agius u Jonathan Ransley quddiem il-Maġistrat Nathalia Galea Sciberras.