Il-Prim Ministru Joseph Muscat u Simon Busuttil qed jiddibattu waqt Xarabank bħalissa.
22:49 Joseph Muscat ikkonkluda li l-għan tiegħu huwa li jgħaqqad il-pajjiż u mhux jimilieh b’disors diviżiv. Il-familja tiegħi u l-pajjiż mxew ‘l quddiem f’dawn l-aħħar erba’ snin? Min għandu l-aħjar programm għall-pajjiż? Dawn, qal Joseph Muscat, huma domandi li kull bniedem irid jistaqsi meta jmur biex jivvota.
22: 26 L-Għawdxin se jkollhom sptar li huwa fost l-aqwa fir-reġjun, b’servizzi state of the art li huma b’xejn. Issa anke l-MAM għamlet ftehim magħna f’dak ir-rigward. Dan qalu Joseph Muscat meta Simon Busuttil prova jbeżża dwar l-isptar ġenerali t’Għawdex.
22:24 “Għidilna kemm ħadt commissions fuq il-ħames miljun ewro” qal Muscat lil Busuttil. Dan tal-aħħar ma weġibx.
22:23 Il-Prim Ministru fakkar li l-mediċini kienu jkunu out of stock taħt il-PN. Spjega l-miżuri u l-proposti costed tal-Partit Laburista fejn jidħlu anzjani u pensjonijiet. Qal li l-costings tal-Partit Nazzjonalista huma żbaljati. “Aqbad il-calculator, jekk trid insellfek waħda” qal Muscat lil Busuttil.
22:17 Joseph Muscat tkellem dwar l-opportunitajiet ta’ impjiegi għaż-żagħżagħ, li se jibbenefikaw kif se jagħmlu pensjonanti u tfal taħt Gvern Laburista. Illum għandna nofs in-nies jiddependu fuq benefiċji soċjali li kellna meta beda Gvern Laburista, fakkar Muscat. Tan-negozji wkoll jistgħu jserrħu rashom li se jisbu aċċess għal finanzjament u fejn jidħlu kirjiet.
22:16 “Kemm qed indejqek, tridni nirriżenja?” qal Simon Busuttil, meta mistoqsi jirriżenjax jekk jirriżulta li Mario Demarco għandu kumpanija Ċipru.
22:15 Miżuri l-aktar għal qalb Joseph Muscat huwa li tiżdied iċ-children’s allowance għal familji bi problemi ta’ faqar, u li titħawwel siġra għal kull wild.
21:53 Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li Beppe Fenech Adami bħalissa qed jiġi nvestigat fuq allegazzjoni ta’ ħasil ta’ flus mid-droga. Simon Busutti għandu jkeċċih ‘l hemm. Simon Busuttil ma weġibx għal dan, u reġa’ dawwar il-kanuni fuq Keith Schembri. Simon Busuttil ma jridx li ssir investigazzjoni fuq il-mod kif inhu ffinanzjat il-PN.
21:48 Simon Busuttil kien mistoqsi dwar Marlene Farrugia. Kien mistoqsi x’jagħmel jekk ikun hemm sitwazzjoniijet ta’ nuqqas ta’ qbil bejn iż-żewġ mexxejja tal-Partit Nazzjonalista. Ma weġibx.
21:44 Joseph Muscat tkellem fuq il-fatt li llum hawn Power Station taħdem bil-gass, li l-pajjiż sejjer ‘il quddiem. In-nies se jivvotaw fuq il-proposti ċari tal-Partit Laburista. Ħaddieħor ma wasalx fuq ħafna mill-proġetti li tkellem dwarhom.
21:30 Din is-sena qed nagħmlu surplus, jgħid x’jgħid il-Kap tal-Oppożizzjoni. Dan qalu Joseph Muscat, filwaqt li fakkar lil Simon Busuttil fl-affarijiet kollha li għamel dan il-Gvern u li l-PN ma kienx jemmen fihom.
21:28 “Huwa bank li ġabu Malta Tonio Fenech” qal Joseph Muscat, meta Simon Busuttil attakka dan il-bank u sejjaħlu magna tal-ħasil ta’ flus. Fil-Partit Nazzjonalista stess, Simon Busuttil ħasel il-flus. Tant hu ċert Joseph Muscat li qed jgħid il-verità, li mar għand il-Maġistrat hu stess dwar il-każ Egrant, u qal li jekk jinstab imqar ħjiel ta’ xi ħaġa ħażina fil-konfront tiegħu, jirriżenja.
https://www.facebook.com/ONENEWSMALTA/videos/1488474971204254/
21:25 “Inkredibbli hux” huma l-unika kliem li Simon Busuttil qed juża biex iwieġeb għal dak li qallu Joseph Muscat; li daħħal il-flus fil-but meta rranġa lil klijenti tiegħu f’out of court settlement, eżatt qabel l-elezzjoni.
21:23 Simon Busuttil qed jibqa’ juri, b’mod illegali, dokument tal-FIAU. Joseph Muscat qali li Busuttil qed jirreferi għal tranżazzjonijiet li saru qabel Keith Schembri kien chief of staff.
21:20 Joseph Muscat qal li kuntrarju għal Simon Busuttil, ma jarax rapporti tal-FIAU b’mod illegali. “Ma tafx x’inti tgħid, dak huwa rapport tal-FIAU li qed tikkwota”. Żied jgħidlu “Int tieħu l-commissions”. Il-klijenti ta’ Busuttil ħadu ħames miljuni u Busuttil stess tħallas minnhom. Dan xahar u nofs qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali li għaddiet. Qabeż għal klijenti tiegħu u meta sar deputat kap tal-PN, daħħal il-flus f’butu.
21:19 Il-Kap tal-Oppożizzjoni wera artikli minn ġurnali dwar Malta, meta hu stess u nies fl-ogħla karigi fi ħdan il-PN ħadmu kemm felħu biex ħammġu isem Malta.
21:17 Simon Busuttil jinsisti li isem pajjiżna tkisser. Il-Prim Ministru wieġbu li, kuntrarju għal Simon Busuttil, ikunx fil-Gvern jew le, dejjem ifaħħar u jħares isem il-pajjiż.
https://www.facebook.com/ONENEWSMALTA/videos/1488468261204925/
21:14 Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li Simon Busuttil jaf li gideb u kkorda biex qabel id-dibattitu, joħroġ b’gidba oħra. Ir-rapport li qed jikkwota Busuttil minn The Malta Independent mhuwiex minnu. Reġa tenna li jekk tinstab xi ħaġa fil-konfront tiegħu jew ta’ martu, jirriżenja minnufih. L-attitudni ta’ Partit Laburista hija mibnija fuq proposti ċari. Minn naħa l-oħra, il-koalizzjoni ta’ konfużjoni lesta tirkeb fuq il-gideb, basta ssib ruħha fil-poter. “Dawn it-tnejn minn nies mhux kapaċi jiddeċiedu fuq il-futur tal-Maltin u l-Għawdxin” qal Joseph Muscat. “Int tfajt il-ġebla u ħbejt idejk” qal Muscat lil Simon Busuttil.
21:13 Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil ma weġibx dwar jekk hux se jirriżenja jekk jinstab li l-allegazzjonijiet tiegħu dwar Egrant huma kollha gideb. Minflok, ħareġ b’allegazzjonijiet oħra minn The Malta Independent.