Il-Ministru għall-Finanzi, Edward Scicluna, rreaġixxa għall-aħbar li pajjiżna rreġistra surplus fl-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena.
Qal li dan hu riżultat tal-politika tal-gvern ta’ għaqal u galbu. Politika li qed twassal għal ekonomija b’saħħitha.
“Il-verità ma toħodhiex mill-għidut imma mis-saħħa tal-ekonomija, li kif qed turi l-istatistika tibqa’ l-għira ta’ pajjiżi oħrajn,” qal il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna. Scicluna, Professur tal-Ekonomija, iddeskriva bħala rresponsabbli wegħdi u dikjarazzjonijiet tal-Kap tal-Oppożizzjoni fl-aħħar ġimgħat. Fisser kif l-attitudni ta’ Simon Busuttil thedded dan is-suċċess. Saħansitra rrefera lejn kif Simon Busuttil jattakka kull investiment li ġej minn pajjiżna. “Fosthom setturi ġodda bħas-saħħa u l-edukazzjoni terzjarja,” qal il-Ministru Scicluna li fisser kif fl-inkbatur diġà hemm setturi oħra bħal Fintech. “Peró l-problema tiegħu mhux ta’ pajjiżna,” qal il-Professur Scicluna.
Il-Ministru Edward Scicluna qal li fl-aħħar sena ta’ gvern nazzjonalista d-defiċit kien ta’ €362 miljun. U llum ir-realtà hija differenti għax il-pajjiż jirreġistra defiċit mhux surplus. Il-Ministru Scicluna fakkar li l-2016 għalqet tajjeb imma żied li “Imqabbel mal-ewwel terz tal-2016 meta pajjiżna kellu defiċit ta’ €77 miljun, issa tejjibna l-finanzi tal-Gvern bi kważi €100miljun.”
Id-deputat Franco Mercieca tkellem kif quddiem dawn is-suċċessi l-Parit Nazzjonalista qed jagħmel minn kollox biex jipprova joħloq l-inċertezza.
“Ġiet elezzjoni u mhux żidna l-ispiża. Fejn is-soltu konna naraw li tiġi s-sena ta’ qabel l-elezzjoni u n-nefqa tiżdied aħna bqajna għaddejin bil-għaqal għax dak li nwiegħdu nwettqu,” qal id-deputat Franco Mercieca li tenna kif dan juri r-responsabbiltà tal-gvern. Gvern li għamel is-surplus fl-istess ħin li saħħaħ is-servizzi fosthom fil-qasam tas-saħħa.
[pdf-embedder url=”http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2017/05/PRES-DAY-26-vFinal.pdf” title=”PRES DAY 26-vFinal”]