Il-Kummissjoni Elettorali avżat lil dawk il-votanti rreġistrati fuq Għawdex u li talbu bil-miktub li jixtiequ jieħdu d-dokument tal-vot tagħhom minn Malta, li għandhom jiġbruh personalment mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar (ex Trade Fair Grounds) mit-Tnejn 29 ta’ Mejju sal-Ħamis 1 ta’ Ġunju, 2017.
Il-ħinijiet għall-ġbir tad-dokumenti se jkunu:
Mit-Tnejn 29 sal-Erbgħa 31 ta’ Mejju:
mit-8.00 am sas-2.00 pm, u mit-3.00 pm sad-9.00 pm;
Il-Ħamis 1 ta’ Ġunju (l-aħħar jum):
mit-8.00 am sas-2.00 pm, u mit-3.00 pm sa nofsillejl.
Il-votanti rreġistrati Malta u li għażlu li jiġbru d-dokument tal-vot tagħhom minn Għawdex, għandhom jagħmlu dan fl-istess ġranet u fl-istess ħinijiet mill-Uffiċċju tal-Karta tal-Identità, 28A, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat – Għawdex. Fil-każijiet kollha, il-votant irid imur personalment u jieħu miegħu l-karta tal-identità tiegħu.