Dawk il-votanti li jixtiequ jivvutaw għada 27 ta’ Mejju minħabba każijiet ta’ safar jew sptar, jistgħu jmorru fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali, Kumpless tal-Għadd tal-Voti, fin-Naxxar biex jieħdu l-ġurament stipulat sal-illum f’nofsinhar.
Jiġifieri dawk il-votanti li mhux se jkunu jistgħu jivvotaw fid-data stipulata tal-elezzjoni, jiġifieri fit-3 ta’ Ġunju minħabba raġuni ta’ safar jew sptar jistgħu jiffirimaw l-ġurament biex ikunu jistgħu jivvottaw għada sal-lum, dawk li ma jagħmlux din id-dikjarazzjoni għada ma jitħallewx jivvottaw.
Dawk li ħadu l-ġurament stipulat se jkunu jistgħu jivvotaw għada fil-Kumpless tal-Għadd tal-voti, fin-Naxxar.