Fil-Valletta Waterfront, il-Prim Minsitru indirizza liż-żgħażagħ f’attività mill-isbaħ organizzata mill-Forum Żgħażagħ Laburisti.
Joseph Muscat qal li l-pajjiż se jintela’ xogħol. Dan f’diversi setturi, inkluż is-servizz finanzjaru. Esprima s-sens ta’ kburija li mexxa l-iktar Gvern li naqqas il-qgħad u ħoloq l-impjiegi.
Dwar studenti Għawdxin, il-Prim Ministru spjega li kumpaniji se jkunu inċentivati jitrasferixxu x-xogħol permezz ta’ teleworking lejn Għawdex. Il-kumpaniji kollha li jmorru Għawdex, se jkollhom tliet snin ma jħallsux taxxa.
Tkellem fuq il-kwalità tal-arja, u kemm ġenerazzjonijiet ta’ nies sofrew minħabba kwalità baxxa. Issa dan kollu nbidel. Fuq il-kwistjoni tal-ODZ, spjega li m’hemmx iktar proġetti li se jsiru barra z-zona ta’ żvilupp, fejn jidħlu proġetti Governattivi.
Fuq startups, Joseph Muscat qal li l-għan hu li jkunu mħeġġa anke barranin jiġu lejn Malta.
“Ma ndunawx li inti diġà vvotajt” qal Joseph Muscat lil żagħżugħ li tkellem dwar żgħażagħ tamparu. Miżura partikolari hi biex tfajliet u ġuvintur Maltin imorru jitgħalmu lingwa barra minn Malta. Dan biex dak li jkun jagħmel esperjenza barra minn Malta, speċjalment għal dawk li qed jaħsbuha jagħmlux l-istudju tagħhom barra minn Malta. Proposta oħra hi li l-coding fil-kamp teknoloġiku ssir lingwa oħra. Ikun hemm ġenerazzjoni li toħroġ mis-sekondarja li tkun diġà kapaċi tifhem il-coding, bħala lingwa oħra.
Ikkonkluda li fit-tlieta ta’ Ġunju, l-għażla hija importanti għaż-żagħżagħ, għax jinsabu f’sitwazzjoni li jħarsu lura lejn Gvern Laburista għall-ewwel darba. Jistgħu jsiru ħafna paraguni, speċjalment dwar id-dinamiżmu. “Żgur li għandna l-ħeġġa u l-enerġija li ‘we get things done’” qal Muscat. Il-Maltin kienu kapaċi jagħmlu proġett li ħaddieħor m’emminx fih. Inbidlet il-kwalità tal-ħajja tal-ħajja tan-nies, anke fejn jidħlu dirttijiet bħal Unjoni Ċivili.