Il-Maġistrat Josette Demicoli intgħażlet biex tmexxi l-inkjesta fuq l-allegazzjonijiet li għamel Simon Busuttil fil-konfront ta’ Keith Schembri.
Allegazzjonijiet ġodda li mar bihom għand Maġistrat li qed imexxi l-inkjesta dwar Egrant, bit-tama li jtawwal l-investigazzjoni kemm jiflaħ u ma toħroġx il-verità qabel l-elezzjoni ġenerali.