Stefano Zampa ta’ 29 sena mill-Belt instab ħati li hedded fuq facebook lil Jeffrey Pullicino Orlando.
Zampa li skuża ruħu mal-kandidat Laburista ġie liberat bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor fi żmien sitt xhur.
Il-Belti ammetta li f’April li għadda hedded lill-Pullicino Orlando u l-Qorti ordnat ukoll tliet snin protezzjoni fuq il-vittma.
Il-Qorti rrimarkat li anki fuq il-mezzi ta’ komunikazzjoni tal-internet wieħed irid ikun responsabbli f’dak li jikteb u fakkar kif persuna tista’ teħel multa sa’ €23,000.