Fl-24 jum tal-kampanja elettorali, għaxart ijiem qabel l-elezzjoni ġenerali tat-3 ta’ Ġunju l-Mexxej Laburista ngħata merħba akbar minn oħra. F’dan il-jum, fost oħrajn, il-Mexxej laburista ltaqa’ mal-komunità tal-Baħrija fejn spjega d-differenza li għamel Gvern Laburista fil-ħajja tagħhom.
Iżda din ma kinitx l-unika differenza li għamel Gvern Laburista fil-ħajja taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin dan hekk kif waqt Pjazza fi Pjazza f’Birkirkara saru testimonjanzi mill-udjenza preżenti dwar id-differenza li għamel il-Gvern ta’ Joseph Muscat f’ħajjithom, li għalihom il-Prim Ministru wieġeb li fadal ħafna aktar xi jsir.
Il-ġurnata tal-Mexxej Laburista ntemmet quddiem mijiet ta’ nies, f’mass rally f’Raħal Ġdid fejn il-Prim Ministru kellu appell: Ejja nkomplu niftħu l-bibien beraħ biex aktar nies jingħaqdu ma’ dan il-moviment.