Il-Ministru Evarist Bartolo żar l-iskola sekondarja fi ħdan il-Kulleġġ San Benedittu f’Ħal Kirkop, li għandha facilitajiet ġodda u tal-ogħla kwalità. Din tilqa’ madwar 500 student.
It-tfal tal iskola stess dawru lill-Ministru fl-inħawi l-ġodda tal-iskola. Il-proġett jinkludi klassijiet, laboratorji għal suġġetti varji ta’ xjenza u ICT, librerija, faċilitajiet għall-għalliema, sala kbira, mużew u sala tal-istorja li tħares fuq sejbiet arkeoloġiċi li nstabu fuq il-post u żewġ faċilitajiet sportivi fuq barra.
Barra minn hekk, inbniet triq mad-dawra tal-iskola u sub-station għall-elettriku li issa ingħadda f’idejn il-Korporazzjoni Enemalta.