Raġel sofra ġrieħi gravi f’rasi wara li ntlaqat minn ħadida li waqgħet minn scaffolding f’Tas-Sliema
L-inċident seħħ illum, għall-ħabta tal-10:30 ta’ dalgħodu fi Triq Parisio, Tas-Sliema.
Il-Pulizija mill-Għassa ta’ Tas-Sliema marru minnufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari, irriżulta li raġel li kien qed jaħdem ġewwa lukanda li tinsab taħt konstruzzjoni, sofra ġrieħi f’rasu wara li ntlaqat minn ħadida li waqgħet minn scaffolding.
Ir-raġel li għandu 38 sena, residenti l-Belt Valletta, ittieħed l-Isptar Mater Dei, fejn ġie iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.