Il-fatt li Malta huwa pajjiż pjuttost sikur mhux skuża biex ma nkunux ippreparati xorta waħda. Int ukoll tista’ tgħin lill-Pulizija fit-tfittxija jekk ikun hemm il-biża’ li l-ħajja ta’ tifel jew tifla li jkunu nħatfu jew ġew neqsin tkun f’periklu imminenti. Dan tista’ tagħmlu billi tagħmel kif diġà għamlu bosta u tinkiteb issa stess fuq www.amberalert.com.mt/mt.
X’nagħmel jekk ma nkunx naf ibni jew binti fejn marru?
L-agħar ħaġa li qatt jista’ jiġrilna bħala ġenituri hija li nfittxu lil uliedna u ma nsibuhomx. Kull sena fl-Unjoni Ewropea jiġu rrappurtati nieqsa jew maħtufin mal-250,000 tifel u tifla. Taf x’għandek tagħmel jekk it-tifel jew tifla tiegħek, allaħaresqatt, jgħibu? F’dan il-vidjow issib ftit pariri siewja.
Żomm lil uliedek ‘il bogħod mill-perikli waqt il-vaganzi
Issa li l-vaganzi dalwaqt magħna u jibda aktar ħruġ, importanti li aħna l-ġenituri nżommu lil uliedna ’l bogħod mill-perikli. F’dan il-vidjow issib ftit pariri siewja.
Inħeġġuk taqsam dan l-artiklu ma’ ħaddieħor sabiex aktar ġenituri jkunu infurmati.