Kompliet tiżdied il-lista ta’ aġġettivi li l-kandidat ta’ Simon Busuttil, Salvu Mallia, jagħti lill-Prim Ministru Joseph Muscat.
Ma’ dak kollu li qal issa żied xitan. U jekk dan mhux biżejjed għalih Joseph Muscat huwa agħar minn kankru.
Salvu Mallia qal dan meta kien qed jidibatti mad-deputat Silvio Schembri. Dibattitu li fih ingħaqad ma’ kandidati oħra tal-Partit Nazzjonalista li jgħidu li mhux interessati dwar il-proposti għall-elettorat.
L-istess ma jinteressahx dwar il-proġett tat-trakka tal-karozzi. Suġġett li dwaru hemm nuqqas ta’ qbil bejn Marlene Farrugia u Smon Busuttil, iż-żewġ mexxejja tal-koalizzjoni.
Waqt il-programm, Salvu Mallia tenna dak li kien qal ftit qabel fi programm ieħor jiġifieri li ma jagħtix każ ta’ xi jgħid Simon Busuttil u li lest li jtijielu ġo ħalqu.
Bħal kandidati oħra tal-Partit Nazzjonalista għal din l-elezzjoni ġenerali, Salvu Mallia wkoll qiegħed fiċ-ċans li jkun membru parlamentari.
U bħalma l-poplu qed jitħalla fil-għama dwar il-proposti tal-Partit Nazzjonalista, fl-istess pożizzjoni qiegħed Salvu Mallia.