One News jista’ jirrapporta li ir-regolatur Ġermaniż ikkonferma li Commerzbank ma biddel ebda policy dwar awdituri finanzjarji Maltin.
Permezz ta’ storja f’The Malta Independent, intqal li klijent Ġermaniż tal-bank li jirrisjedi Malta irċieva email. F’din l-email, Commerzbank allegatement informatu li mhux se jaċċetta aktar dikjarazzjonijiet maħruġa minn kumpaniji Maltin tal-awidtjar. Intqal li dan huwa b’rabta ma’ compliance, fejn jidħlu r-regolamenti dwar ħasil ta’ flus. Kien irrakkomandat lil dan il-klijent imur fil-fergħa Ġermaniża tal-kumpanija tal-awditjar Maltija, u jitlob lil din il-ferha tikkonferma d-dikjarazzjoni tal-unit Malti.
Ir-regolatur Malti talab lil dak Ġermaniż jikkonferma mal-bank jekk din il-policy ġdida hix minnha.
Dan wieġbu li Commerzbank taw assigurazzjoni lir-regolatur Ġermaniż li dak irrapportat mhu minnu xejn. Anzi, huma jaċċettaw dikjarazzjonijiet minn awdituri Maltin, u m’hemmx policy li titlob li dikjarazzjonijiet jiġu minn awdituri Ġermaniżi. Il-każ irrapportat fuq il-gazzetta kien wieħed speċifiku għal dak il-klijent, u b’ebda mod ma jfisser bidla fil-policies ta’ Commerzbank.
Ta’ min ifakkar li l-Accountancy Board Malti diġà rrefera għal din l-ellegazzjoni, u qal li wara investigazzjoni, sab li l-każ kien relatat ma’ dan l-individwu b’mod partikolari. Jiġifieri ma nbidlet ebda policy dwar Malta jew awdituri Maltin.