L-istar candidate tal-PN qed jinsisti f’li jqabbel lill-Partit Laburista u Joseph Muscat mal-era ta’ Hitler u n-Nazziżmu.
Din id-darba uża inċident bħal m’hu il-ħruq tal-impjant ta’ Sant’Antnin, u qabblu ma’ Reischtag fl-1933. Episodju meta kienet inħarqet il-binja tal-Parlament Ġermaniż.
Saħansitra qabad ritratt u bl-editing, ġabu jidher qisu qed jinħaraq il-Parlament u mhux l-impjant.
Ta’ dan kollu, il-kap Simon Busuttil mhux talli għad ma kellu ebda kliem ta’ kundanna, talli japprova t-tip ta’ diskors xewwiexi li qed isir.