Mexxejja minn madwar id-dinja qed jiltaqgħu f’Londra f’summit kontra l-koruzzjoni. Għal dan is-summit li qed isir fl-isfond tal-pubblikazzjoni ta’ Panama Papers qed jattendi wkoll il-Prim Ministru, Joseph Muscat, li lbieraħ esprima d-diżappunt tiegħu għall-fatt li seta’ kien hemm iktar mexxejja li attendew għal dan is-summit.
“Stajt bagħat lil xi ħaddieħor, iżda jiena niġi hawn u niffaċja r-realtà,” qal il-Prim Ministru li fisser id-deċiżjonijiet li kellu jieħu u l-bidliet li ħa pajjiżna biex tkun miġġielda l-koruzzjoni. Tant li fl-aħħar indiċi ta’ Transparency International dwar is-suġġett Malta avvanzat diversi postijiet. Is-summit se jkun dirett hawn, inkluż id-diskors tal-Prim Ministru Malti.