Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, qal li n-nirien fl-impjant ta’ riċiklaġġ f’Wied il-Għajn seħħew minħabba l-korruzzjoni. Meta kien qed jitkellem fil-Gżira, Simon Busuttil, qal li bil-Partit Nazzjonalista ma kienx ikun hemm nirien. F’mument fejn hemm investigazzjoni Simon Busuttil żied jgħid li n-nirien seħħew kawża tal-inkompetenza kbira u n-nuqqas ta’ ħila.
Intant, fil-jum fejn reġa’ spikka n-nuqqas ta’ qbil bejn Simon Busuttil u Marlene Farrugia fuq temi importanti, Marlene Farrugia qalet li hi mexxej daqs Simon Busuttil. Użat il-karta tal-femminiżmu biex qalet dan il-moviment għandu mara bħala wieħed miż-żewġ mexxejja.