Ġie inawgurat uffiċjalment it-tielet ajruplan tal-Forzi Armati ta’ Malta, il-Hawker Beechcraft King Air B250. Dan se jintuza għall-kontroll tal-fruntieri u s-sorveljanza ta’ Malta. Ġie inawgurat ukoll robot ghal tiftix ta’ materjal splussiv. Flimkien, dawn jiswew €16-miljun.
King Air B250 huwa aircraft tal-ogħla kwalità, bi track rekord eċċellenti fl-operat militari.
L-iffirmar tal-kuntratt sar mill-Brigadier Jeffrey Curmi, kap kmandant tal-Forzi Armati ta’ Malta u President tal- Aerodata. Dan fil-preżenza tal-Ministru Carmelo Abela u s-Segretarju Parlamentari Ian Borg.
Jeffrey Curmi qal li dan huwa pass kbir għall-Forzi Armati. Il-Ministru Abela ddeskrivihom bħala forzi ambizzjużi għall-bidla, filwaqt li s-Segretarju Parlamentari ddeskriva l-importanza ta’ dawn inġenji fil-ġlieda kontra t-terroriżmu.