Ilbieraħ kien żvelat kif Gvern Nazzjonalista biddel il-liġijiet ambjentali ta’ Malta, biex il-Kumpanija BWSC tkun tista’ tiffranka €20 miljun billi tibni power station tħammeġ aktar, fabbrika tal-kanċer, bl-istandards tal-Afrika, f’Marsaxlokk.
Dan il-każ imur lura għall-aħħar amministrazzjoni tal-Partit Nazzjonalista iżda llum qed nippubblikaw dokumenti li qed jaraw id-dawl għall-ewwel darba u li juru kif direttament wara din id-deċiżjoni kien hemm kandidat ta’ Simon Busuttil fuq l-għaxar distrett.
Fil-fatt, dwar din l-għażla li saret ftit tas-snin ilu irriżulta li kien l-eks Ministru u deputat parlamentari tal-Partit Nazzjonalista George Pullicino li ddeċieda li l-liġijiet tat-tniġġis tal-arja f’Malta jinbidlu minn lejl għan-nhar sabiex il-BWSC tkun tista’ tirbaħ il-kuntratt tal-power station tal-heavy fuel oil f’Delimara.
Dawn huma d-dokumenti żvelati għall-ewwel darba li wrew it-talba tal-BWSC li laqa’ George Pullicino. B’dawn il-fatti ġodda l-Prim Ministru qal li se jieħu l-każ għand l-Awditur Ġenerali mill-ġdid.