Illum ħarġu l-provi iswed fuq-abjad li George Pullicino, bħala ministru, mar kontra l-pariri bil-miktub tal-esperti, u biddel il-liġi tal-ambjent biex il-BWSC ikunu jistgħu jitfgħu t-tender għal power station u jirbħu dan it-tender.
Kif irrapportat mill-KullĦadd, din il-karta kienet sparixxiet mill-files li fi zmien il-gvern li kien jagħmel parti minnu Simon Busuttil, marru għand l-Awditur Ġenerali għall-investigazzjoni.
Kien intqal li kien hemm duħħan izda ma instabx in-nar. Xi ħadd kellu interess li din il-karta titneħħa.
Issa li din instabet, il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar se jkun qed jibgħatha għall-attenzjoni tal-Awditur Ġenerali biex jerġa’ jiftaħ l-investigazzjoni.
Fl-Imqabba staqsa: “min jaf x’ se jagħmel Simon Busuttil”.
Li hu żgur hu li se jkompli jigdeb, għaliex iddisprat. Fi kliem il-Prim Minsitru: “la vvintaw kalunja tant kbira fuqi, fuq pajjiżna, fuqkom, jaslu għal kollox. Stennew kollox. Izda se jsibuna sodi. Għaliex in-nies qed jindunaw”.