Minn tant nies, Lara Comi qed tappella lill-poplu Malti jivvota lill-Partit Nazzjoanlista.
Lara Comi hija ħabiba ħafna ta’ Simon Busuttil u David Casa, u hija fost numru ta’ MEPs maqbuda fi skandlu ta’ ħlasijiet. Tant li issa trid trodd lura €126,000.
Riċentament Comi kienet waħda mill-ftit Ewroparlamentari li wara li tkellem il-Prim Ministru Malti, Joseph Muscat, fi plenarja tal-Parlament Ewropew kellha kliem negattiv xi tgħid. Dan bi ftehim ma’ delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista Malti.
Ta’ min ifakkar li membri Parlamentari Ewropej qegħdin jużaw spazji fid-Dar Ċentrali u jħallsu għalihom minn flus li l-Parlament Ewropew jgħaddilhom għal għanijiet oħra. Qed jużaw parti mill-€4,299 li għandhom fix-xahar biex suppost jamministraw uffiċċju fil-kostitwenza.
B’hekk il-Partit Nazzjonalista ta’ Simon Busuttil qed idaħħal kemxa tajba. Dan qed issir bi frodi bla preċedent minn partit politiku Malti. Partiti politiċi ma jistgħux jagħmlu dan b’fondi tal-Parlament Ewropew u meta nqabdet tiġri minn membri parlamentari Ewropej f’pajjiżi oħra, ittieħdu passi drastiċi.
https://www.facebook.com/davidagiusmp/videos/1288199167961121/