Wara li Gvern laburista wettaq il-proposti għal Għawdex, illum wiegħed li se jkun qed ikompli bil-ħidma tiegħu biex Għawdex ikompli jipparteċipa bi sħiħ fis-suċċess ekonomiku. Fil-fatt, il-Prodott Gross Domestiku żdied b’medja ta’ 26 miljun, jiġifieri ħames darbiet aktar minn dik irreġistrata qabel l-2013. Għalhekk, b’din il-viżjoni, l-Partit Laburista għandu l-għan ewlieni li jgawdu l-Għawdxin:
AKTAR XOGĦOL F’GĦAWDEX GĦALL-GĦAWDXIN
Jitjieb l-istartup tax credit għal negozji ġodda għal €70,000, jew 30% tal-ammont tal-investiment u l-pagi tal-ħaddiema flewwel sentejn ta’ negozju ġdid miftuħ f’Għawdex
In-negozji li jirrilokaw lejn Għawdex minn Malta jiġu eżentati mit-taxxa tad-dħul fl-ewwel 3 snin tal-operat, filwaqt li nagħtu tax refund tal-ispejjez kollha biex isir it-traslokar.
Jiġu inċentivati l-kumpaniji Maltin li jagħtu l-opportunità lil Għawdxin impjegati magħhom jagħmlu xogħol ta’ teleworking minn Għawdex permezz ta’:
Kreditu ta’ 75% fuq l-investiment tekonoloġiku u kapitali Rifużjoni fuq is-salarju ta’ kull impjegat Għawdxi sa €10,000
Tiżdied l-għajnuna tal-MicroInvest Scheme għal kumpaniji Għawdxin għal €70,000
KONNETTIVITÀ AĦJAR LI TIXRAQ LILL-GĦAWDXIN
Jinbeda l-proġett tat-tunnel bejn Malta u Għawdex
Jitwettaq il-proġett tal-Fast Ferry li hija konnessjoni bil-baħar bejn Għawdex u l-Belt Valletta
PJAN REĠJONALI GĦAL GĦAWDEX FUQ 10 SNIN
Titlaqqa’ l- konvenzjoni reġjonali li fiha jippartecipaw lGħawdxin dwar il-futur ta’ Għawdex
Il-pjan jidentifika wkoll l-iskills gap li għandu Għawdex Inwaqqfu Awtorità Reġjonali għal Għawdex
Jitwaqqaf Kumitat Parlamentari għall-Affarijiet ta’ Għawdex
PROĠETTI BIEX GĦAWDEX IKOMPLI BIL-PROGRESS
Għawdex igawdi b’mod sinifikanti mill-proġett tattoroq b’investiment ta’ €700M
Jitwettaq il-proġett ta’ baga tal-cruise liners fix-Xlendi
Ħidma biex jittranġa l-breakwater ta’ Marsalforn
Tinbena skola Primarja Ġdida fir-Rabat
PROĠETTI BIEX GĦAWDEX IKOMPLI BIL-PROGRESS
Jiġi implimentat il-proġett ta’ fibre-optic link ġdida li ssaħħaħ il-konnettività bejn Għawdex u Malta
Jitkompla l-iżvilupp taż-żoni industrijali tal-Ħofra fix-Xewkija
Jitwaqqaf hub għar-riċerka u l-ICT fil-binjiet eżistenti tal-eks MDP
INVESTIMENT FL-ISPTARIJIET U L-KURA TAS-SAĦĦA
Sptar ġdid li jkun jakkomoda 350 sodda biex ikun lakbar sptar li qatt kellu Għawdex
Investiment f’Ċentru tas-Saħħa Primarju ġdid u fi proġett ta’ Ċentru għar-Riċerka Medika
L-iskola medika ta’ Barts tibda tilqa’ fiha l-istudenti L-ewwel mira tkun li jiġu attirati madwar 300 student lejn Għawdex bil-potenzjal li jħallu madwar €4M flekonomija Għawdxija
STUDENTI GĦAWDXIN
Jissaħħu l-inċentivi li jingħataw studenti Għawdxin li jkun jeħtieg li jikru propjetà Malta waqt li jkunu qegħdin jistudjaw f’Malta
Tingħata tax deduction sa’ €5,000 tal-ispejjeż ta’ traġitt, trasport u kiri lil ġenituri ta’ studenti Għawdxin li jkunu qegħdin jistudjaw Malta
DAR TAL-ANZJANI
Tiġi żviluppata dar tal-anzjani ġdida b’500 sodda iffukata l-aktar għall-kura fit-tul għall-anzjani Għawdxin
PROPOSTI OĦRA
Titfassal strateġija li tkun tiffoka dwar kif jiġu attirtati niċeċ ekonomiċi ġodda lejn Għawdex
Tiġi ntrodotta sistema ta’ Park and Ride għall-port talImġarr għall-ħinijiet peak ta’ filgħodu
Jinbeda proġett ta’ rijorganizzazzjoni aħjar tal-Yacht Marina fl-Imġarr
Jitwaqqaf l-Mużew ta’ Għawdex
Tiġi evalwata l-possibiltà ta’ proġetti fl-agrituriżmu
Jiġi inċentivat l-iżvilupp u l-qawmien ekonomiku mill-ġdid tal-Gozo Agricultural Village
Jiġi xprunat programm ta’ rijabilitazzjoni tal-widien, bajjiet u żoni turistiċi
Jinħoloq depot fejn il-bdiewa jkollhom fejn jaħżnu lkaxxi tal-frott u ħxejjex Niftħu uffiċċju f’Għawdex iffukat fuq il-bżonnijiet tassajjieda