Iż-żgħażagħ għaddejjin ġmielhom bil-kampanja pożittiva u mimlija enerġija tagħhom NEXT 5.
Fil-fatt bdew il-jum tas-Sibt fil-Pjazza ta’ Ħaż-Żebbuġ fejn qiegħdin jiltaqgħu ma’ żgħażagħ u nies tal-lokalità iqassmu l-manifesti tal-kampanja elettorali tal-Partit Laburista li ġie approvat waqt il-Konferenza Ġenerali Straordinarja tal-Partit Laburista kif ukoll fuljetti li jiffokkaw fuq il-wegħdi mwettqa minn Gvern Laburista fl-aħħar erba’ snin.
Wegħdi li bbenefikaw minnhom kull ċittadin Malti u Għawdxi. Iż-żgħażagħ preżenti dehru entużjasti jiltaqgħu man-nies flimkien mal-kandidati tal-Partit Laburista li se jikkontestaw fuq is-sitt distrett.