“Jien Shania Micallef ta’ 29 sena, nista’ ngħid li grazzi għal Joseph Muscat, rikonoxxuta bħala mara.”
Hekk bdiet id-diskors tagħha Shania. Irrakkontat li omm żagħżugħ kellmitha u qaltilha grazzi tal-kuraġġ li qed tagħmel lil binha, bħax hu transgender. Shania wieġbet li l-kuraġġ iġġibu minn Joseph Muscat. Illum ma tibżax toħroġ barra, tħobb lil min tixtieq, turi l-ID card. Illum rikonoxxuta li hi mara.
“Id-drittijiet tal-Unjoni Ċivili biddluli ħajti” qalet Shania. Issa tista’ ssiefer, tkun nieżla minn barra, u jkunu se jtellfu l-ajruplan għax fuq il-passaport ma jkunx hemm dak li vera hi. Għax fuq il-passaport ikun hemm F minflok M. Għax l-isem ma jkunx l-istess. “Ta’ dan nixtieq nirringrazzjk” qalet Shania.
Fejn qabel kienu jqisuha “miskina” lill-omm Shania, issa qed tinbidel il-mentalità. “Għadejn m’għandix niżżewweġ?” staqsiet Shania, u qalet li Joseph Muscat huwa missier li tagħha ħajjitha mill-ġdid.
“Bla dubju fit-3 ta’ Ġunju se nagħmel l-għażla ta’ ħajti. Ħajti sabiħa issa, aħseb u ara jekk jitla l-Partit Laburista li se jkompli jiġġieled għalija” temmet tgħid Shania. “L-aqwa żmien ta’ ħajti għadu ġej”.