Emanuel Sinagra, professur tal-kimika, qal li l-istudenti Maltin għandhom intelliġenza kbira. Kellu erba’ sjuf jintervista nies għal skolarships. Tgħallem ħafna minn nies li ngaġġa għal intervisti, u ta dan jinsab grat lejn il-Prim Ministru.
Waqt il-konferenza ġenerali straordinajra, tkellem bi gratitudni għall-fatt li l-Power Station tal-Marsa ingħalqet. Tkellem ukoll fuq it-trab l-iswed li issa waqaf u li żgur ma kienx perċezzjoni. Huwa gwadann għall-pajjiż.
Spjega fuq kemm il-flyover tal-Kappara se tnaqqas il-konġestjoni tat-traffiku u t-tniġġiż. Dan huwa piż għall-prodott gross domestiku u dannu għas-saħħa, spjega l-Professur.
“Nafu li la wegħda Joseph Muscat se ssir” qal il-Professur fuq il-Junction tal-Marsa, kif saret tal-Kappara.
“Bl-affarijiet li diġà saru minn dan il-Gvern, in-nies qegħdin fl-aqwa żmien li jistgħu jkunu” temm jgħid il-Professur Sinagra.