B’reazzjoni għal artiklu li ħareġ fuq il-ġurnal The Malta Independent tal-Ħadd li għadda bl-isem “Major global bank no longer accepting declarations issued by Maltese auditing firm”, The Accountancy Board kkonferma li l-allegazzjoniji li l-bank Commerzbank AG m’għadux jaċċetta dikjarazzjonijiet maħruġa minn kumpaniji tal-awditjar Maltin, mhix vera.
Dan hekk kif l-istess Bord ikkonferma li l-kwistjoni li semma l-istess ġurnal kien wieħed speċifiku li jinvolvi struttura tal-kumpanija partikolari.
Il-Bord qal li dan bl-ebda mod ma għandu x’jaqsam mal-ġursdizzjoni ta’ Malta jew ma’ awdituri Maltin.