Fid-dsatax-il jum tal-kampanja, l-Prim Ministru u Mexxej Laburista ngħata merħba kbira fil-Camrata, l-Belt Valletta. Ir-residenti taż-żona kellhom biss kliem ta’ tifħir għall-Prim Ministru għall-ħidma li għamel għalihom tul dawn l-erbà snin.
Tkellmu ukoll mal-Prim Ministru dwar il-wegħdi li ħabbar fl-aħħar jiem u qalulu li dawn il-wegħdi se jkomplu jagħmlulhom differenza fil-ħajja tagħhom.
Il-Mexxej Laburista ħeġġeġ lil dawk preżenti biex jivvottaw fit-tlieta ta’ Ġunju u qalilhom li l-Kandidati tad-Distrett tagħhom huma lesti biex ikomplu jsemmgħu leħinhom.