Anzjan Brittaniku ta’ 92 sena qed jitqies bħala l-ixjeħ pedoflu tar-Renju Unit li nqabad minn persuni onlajn wara li pprova jiltaqa’ ma’ tifla ta’ 11-il sena għal atti sesswali.
Ivor Gifford, minn Abertillery f’South Wales, qed jaffaċċja akkużi serji tant li minkejja l-età tiegħu xorta waħda jista’ jeħel ħabs. Kien propju wara li tgħallem kif jagħmel użu minn kompjuter li tgħallem kif jidħol f’siti fejn jitkellem ma’ persuni oħra li jkunu onlajn, iżda bil-għan li jiltaqa’ ma tfajliet taħt l-età għas-sess.
Hu nqabad minn grupp li jkun qed iħuf biex jaqbdu pedofeli permezz ta’ profil falz. Kien propju wara li ftehmu li jiltaqgħu f’post li l-istess grupp ħadu filmat tal-anzjan jispega għalfejn kien qiegħed fuq il-post. Filmat li eventwalment intwera wkoll fil-Qorti.
Hu nstab ħati tal-akkużi li ġew miġjuba fil-konfront tiegħu fejn is-sentenza se tkun qed tingħata fit-2 ta’ Ġunju.