Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil mar b’dawk li qed jgħid huma kaxxi mimlija provi ġodda ta’ ħasil ta’ flus minn Keith Schembri.
Dawn il-provi ħareġ bihom f’eżerċizzju ta’ riċiklaġġ qawwi minn fuq il-blog ta’ Daphne Caruana Galizia.
Dawn it-tmien files malajr saru ċajta fuq l-internet, minn min għandu għajn li taf tosserva tajjeb.
Min għandu sens komun, imbagħad, qed jirrimarka li ninsabu fl-2017, u t-teknoloġija tippermetti lill-dak li jkun ma jġorrx dawk il-files kollha tul il-Belt Valletta. Speċjalment jekk jidhru vojta.