Il-Prim Ministru Joseph Muscat flimkien mal-Ministri Edward Zammit Lewis u Owen Bonnici ndirizzaw konferenza tal-aħbarijiet dwar dak li nkiseb u l-miri li għandu l-pajjiż fit-turiżmu u l-kultura.
Il-Ministru Zammit Lewis qal li ftit jiem ilu ġew iffirmati żewġ MOU ma’ tour operator u bank Ċiniż biex jiġu 10,000 turist Ċiniż lejn Malta. Il-Prim Ministru qal li se tkun sfida mhux żgħira, għaliex hemm kwistjoni ta’ nies imħarrġa, nies li jafu s-sistemi bankarji u kulinarji Ċiniżi, u aspetti oħra li jidhru żgħar imm fil-verità jagħmlu differenza kbira.
Il-Ministru Zammit Lewis spjega l-istrateġija ta’ tkabbir li għandu Gvern Laburista. L-aspirazzjoni hi li jattira lejn pajjiżna numru dejjem akbar ta’ turisti matul is- sena kollha. L-objettiv aħħari hu li kull turist jitkellem tajjeb, u jerġa’ jiġi Malta jew jirrakomanda lil pajjiżna.
Ir-riżultati għal dawn l-aħħar snin huma inkoraġġanti.
Il-gżira Għadwxija għelbet l-isfida tal-istaġjonalità u qed ikun hemm saħħa kbira ta’ turisti fix-xitwa.
L-AQWA ĦADDIEMA IKUN MIĠBUD LEJN IS-SETTUR TAT-TURIŻMU
Partit Laburista fil-Gvern ikompli jinvesti fl-Institute of Tourism Studies.
Tinħoloq ukoll pjattaforma diġitali li tiffaċilita aktar l- iżvilupp professjonali, u r-reklutaġġ tal-ħaddiema u professjonisti fis-settur.
Ikunu ffaċilitati l-proċessi ta’ ħaddiema barranin f’dan is- settur, partikolarment dawk li jkunu stabbilixxew f’Pajjizna professjonalment
TISBIEĦ TA’ ŻONI TURISTIĊI
Ikomplu jkunu identifikati u mewttqa tisbieħ u upgrades infrastrutturali f’żoni tursitiċi. Dan isir bis-saħħa tal-ftehim li jeżisti mal-MHRA, billi jintużaw il-finanzi miġbura mill-kontribuzzjoni ambjentali għal aktar investiment fil-prodott turisktu. Dan isir b’mod parallel mal-commitment li tiżdied in-nefqa kapitali f’żoni turistiċi.
INĊENTIVI FISKALI
Amministrazzjoni Laburista tikkonsidra inċentivi fiskali li jinċentivaw żvillup ta’ akkomodazzjoni u attrazjonijiet turisitiċi f’postijiet u żoni li tradizzjonalment mhux meqjusa turistiċi. Jitħejja pjan ta’ riġenerazzjoni li jkun jelenka, b’mod speċifiku u b’miri ċari, kif ser intejjbu l-prodott ġenerali u x’investiment ġdid għandu jsir f’dawn iż-żoni li jkun fihom potenzjal.
L-AIR MALTA TIBQA ASS STRATEĠIKU NAZZJONALI
Matul l-erba’ snin li għaddew, sar ħafna xogħol biex l-Air Malta titqiegħed fuq sisien finanzjarji aktar sodi. Sar progress, twettqu diversi riformi, iżda fadal ħafna aktar xi jsir
Bħal ma nstabet soluzzjoni fil-każ tal-Enemalta, tinstab wkoll soluzzjoni għall-Air Malta li tkun tassigura li l-linja nazzjonali tal-ajru tqum fuq saqajha u tħares lejn futur aħjar inkluż għall-ħaddiema tagħha. L-Air Malta hjia simbolu tal-kburija nazzjonali.
Il-Prim Ministru qal li hemm bżonn imsieħba strateġiċi, anke għax-xiri ta’ fuel. Qal li s-sistema tal-IT hija essenzjali wkoll. M’hu qed jeskludi ebda tip ta’ shareholding, anke lokali. Manadakollu l-Gvern jibqa b’majority shareholding.