Attività politika tal-Partit Nazzjonalista f’Għawdex inbidlet f’tislima lill-eks Ministru Giovanna Debono. Ir-raġel tagħha qed ikun akkużat fil-Qorti ta’ Għawdex li meta hi kienet Ministru kien iħaddem skema ta’ ‘work for votes’, fejn huwa allegat kienu jagħmlu xogħol fil-privat bi pjaċir imħallas minn fondi pubbliċi. Dan għall-kostitwenti ta’ Giovanna Debono li fin-Nadur Chris Said qal selmilha. “Insellem lil Giovanna Debono li qiegħda fostna,” qal Chris Said.
Anke Kevin Cutajar kellu appell biex lil Giovanna Debono jagħtuha ċapċipa speċjali.
Il-kandidat Joe Ellis qal li Giovanna Debono tat servizz diżinteressat lejn Għawdex, minkejja l-akkużi li hemm kontra tagħha.
Il-kandidat Ryan Mercieca wkoll sellmilha u qal li Għawdex avvanza bis-saħħa tagħha filwaqt li d-deputat Marthese Portelli sellmitilha għax fi kliemha hija l-widna u l-qalb ta’ ħafna Għawdxin.
Ma naqsitx it-tislima ta’ David Stellini. Għalkemm ma’ Giovanna Debono sellem ukoll lil Anton Tabone.