Ġie inawgurat il-bini tal-pitch il-ġdid tal-waterpolo f’Birżebbuġa li sar b’investiment mill-Gvern. Dan il-proġett ilu mistenni għal aktar minn ħmistax-il sena biex illum inbidel f’realtà. Il-pitch jinkludi ukoll il-kwartieri tal-klabb li ilhu mistenni ħafna mill-klabb tal-lokalità.
Dan il-proġett sar b’investiment ta’ €2,000,000 li ġew finanzjati mill-Gvern. Dan il-pitch huwa t-tielet waterpolo pitch f’Malta li huwa bl-ilma ħelu. Iffisser li issa Birżebbuġa se jerġa’ jkollha it-tim tal-waterpolo jikkompeti fil-kampjonat nazzjonali tal-waterpolo, xi ħaġa li ilha mistennija snin mill-klabb.
Dan il-proġett kien ilu snin wieqaf minħabba li gvern preċedenti qatt m’għamel xejn. U meta gvern ġdid kien ħares lejn dan il-proġett sab li kien hemm biss wegħda li jsir. Iżda li ma kienx hemm ċenteżmu wieħed allokat għalih. Dan ifisser li fi tliet snin biss il-ħolma ta’ ħafna saret realtà u dak li ma sarx f’ħafna snin sar fi tlieta biss.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li kien proġett kumplikat, iżda li twettaq. Qal li għal ħafna żmien, Birżebbuġa serviet lil pajjiż iżda ma ħadet xejn lura. Illum bdiet tingħata xi ħaġa lura lil din il-lokalità, kemm b’dan il-proġett u kif ukoll biż-żarmar tat-tankijiet tal-fuel. Issa se jkun zona li fiha mhux se jkun hemm aktar tniġġis.
Is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Isports Chris Agius ingħaqad mal-Prim Ministru billi qal li dan huwa mument li fih wieħed irodd ħajr lil min tant imbotta biex proġett bħal dan ikun jista’ jitwettaq. Fosthom Karmenu Vella u Franco Debono.
Il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi qal li dan kien eżempju da’ ħidma konġunta bejn diversi Ministeri. Kienet wegħda ta; Joseph Muscat, li malli beda jaħdem Gvern Laburista, ried idaħħal fis-seħħ. Fakkar li z-zona kienet abbandunata u kienu jsiru ħafna abbużi fiha.
George Farrugia, il-President tal-Birżebbuġa Aquatic and Sports Club qal li din hija ħolma li t-triq għal din il-pitch kienet twila. Għal aktar minn deċenju ġrew wara amministrazzjoni preċedenti, imma qatt ma’ waslu. Qatt ma saret ġustizzja, qal Farrugia, imma llum ttieħed dan il-pass, grazzi għal dan il-Gvern.