Fit-tmintax-il jum tal-kampanja, l-Mexxej Laburista Joseph Muscat għamel il-messaġġ tiegħu mill-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq. Spjega li Gvern Laburista investa madwar €3 miljun biex din il-pixxina tkun tista’ terġà tieħu l-ħajja u llum il-ġurnata hija mimlija bl-attività.
Fil-messaġġ tiegħu, Joseph Muscat għamel referenza għall-inizjattivi ġodda fis-settur tal-isport li tħabbru llum u li Gvern Laburista se jkun qed iwettaq. F’dan il-filmat il-Prim Ministru spjega uħud minn dawn il-proposti: