L-iskola Medika Barts se tilqa’ l-ewwel studenti tagħha f’Settembru li ġej. L-iskola Medika, tal-ewwel tip tagħha f’pajjiżna, irċeviet total ta’ 170 applikazzjoni ta’ studenti li jixtiequ jsegwu l-istudji tagħhom fl-iskola f’Għawdex. Dan ifisser li l-iskola medika rċeviet applikazzjonijiet erbà darbiet iktar minn numru previst.
F’konferenza tal-aħbarijiet, Vitals Global Healthcare ħabbret ukoll li se tkun qed toffri għaxar boroż ta’ studju fis-sena. Liema boroż ta’ studju se jibdew jingħataw minn din is-sena u se jkunu qed jagħtu l-opportunità biex dawn l-istudenti jistudjaw f’din l-iskola bla ħlas.
Il-Ministru għas-saħħa, Chris Fearne, spjega li Barts ma tistax tħarreġ l-istudenti mingħajr Vitals Global Healthcare u għalhekk il-Kap tal-Oppożizzjoni ma jistax jitwemmen meta jgħid li jekk ikollu t-tmexxija tal-pajjiż f’idejh Barts tkun tista’ topera anke jekk ikeċċi lil Vital Gobals Healthcare.