Twettaq ħafna fil-qasam sportiv. Għalhekk waqt konferenza tal-aħbarijiet ġie spjegat dak li sar, flimkien ma dak li Partit Laburista fil-Gvern lest iwettaq jekk jingħata fiduċja.
Nagħtu ħarsa lejn dak li sar.
Ma jistax jonqos li tissemma l-pitch tal-waterpolo f’Birżebbuġa. Saret ukoll tinda ġdida fir-range ta’ Għajn Melel f’Għawdex u padiljun ġdid tal-Judo. Dan minbarra faċilitajiet sportivi ġodda fil-Kulleġġ Sant’ Injazju, it-tnedija ta’ Yachting Malta, kwartieri ġodda tal-Old Motors Club u l-identifikazzjoni tas-sit għat-trakka tal-karozzi.
Saret manutenzjoni estensiva fil-Pixxina Nazzjonali tal-Qroqq, fuq il-warm up track fil-Marsa u fil-kumpless tal-Kottonera, li jinkludi art ġdida. Saret manutenzjoni tas-saqaf tal-Padiljun sportiv f’Kordin u rinovar tal-jogging track ta’ Santa Luċija.
Kienet varata l-liġi tal-kummerċjalizzazzjoni tal-faċilitajiet sportivi u ġiet emendata l-liġi tal-armi. Kienu investiti tliet miljun ewro lill-MFA biex ikunu rinovati u modernizzati grawnds tal-futbol u €0.5M marru għandu il-Gozo Football Association biex isiru grawnds ġodda.
Intefqu €200,000 għar-rinovar fil-grawnd t’Għawdex flimkien ma’ faċilitajiet oħra. Dan minbarra investiment ta’ €18miljun ewro mill-privat fil-korsa taż-żwiemel fil-Marsa. Sar ftehim mal-Għaqda Ġurnalisti Sport u Sport Malta biex issir serata tal-unuri, li fiha jkunu ppremjati l-aħjar atleti Maltin. Sar ukoll Summer on the Move u Skolasport. Dawn ġew estiżi għall-ewwel darba f’Għawdex.
Sar ristrutturar fil-flexi training scheme u kien introdott il-youth development scheme.
Ġew introdotti l-proġetti Golf to Schools u Rugby in Schools flimkien ma’ MOVE 360 u l-proġett pilota ‘bil-qari u l-kitba niskorja’.
Għaddej xogħol fuq il-grawnd tal-futbol u pixxina ġdida f’Marsaskala. Qed isir ukoll xogħol fuq il-pixxina msaqqfa fil-kumpless tal-Kottonera u indoor rowing tank.
Qed tkun miġġielda l-korruzzjoni fil-futbol u twaqqfet task force apposta li se tkun qed tressaq proposti għall-emendi fil-liġi.